Tuesday, December 24, 2024

Alex Sandro segwit minn Chelsea

Aqra wkoll

Chelsea talbu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tad-difensur ta’ Juventus, Alex Sandro.

B’Ben Chilwell ġie eskluż għall-bqija tal-istaġun b’injury fl-irkoppa, il-manager Thomas Tuchel kien ħerqan li jsib sostitut għal żmien qasir fid-difiża.

Il-Blues naqsu milli jilħqu ftehim ma’ Lyon dwar l-ingaġġ lura ta’ Emerson Palmieri, filwaqt li possibbiltajiet oħra għal żmien qasir ma ġewx segwiti.

Madankollu, il-Blues staqsew jekk l-iffirmar ta’ Alex Sandro qabel l-aħħar ta’ Jannar hijiex għażla realistika.

Il-player ta’ 31 sena huwa membru ewlieni tal-iskwadra tal-ewwel team ta’ Massimiliano Allegri f’Turin, l-internazzjonali Brażiljan għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

Juventus x’aktarx ma jqisux xi proposta mingħajr ma jsibu sostitut, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li Alex Sandro fadallu inqas minn 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu.

Ekonomija

Sport