Saturday, December 14, 2024

Alexander Anthony Gialanze Whiteford m’għadux imfittex mill-Pulizija

Aqra wkoll

Alexander Anthony Gialanze Whiteford, raġel ta’ 40 sena mwieled l-Ingilterra m’għadux imfittex mill-Pulizija.

Il-Pulizija kienet talbet l-għajnuna tal-pubbliku fit-22 ta’ April fejn avżat li r-raġel kien qed jiġi mfittex wara li allegatament wettaq ksur ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.

Hija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Intant, rapporti lokali qalu li f’Mejju tas-sena li għaddiet huwa kien mixli b’serq u nżamm arrestat u jidher li kien il-vizzju tad-droga l-kaġun biex huwa spiċċa akkużat b’diversi reati ta’ serq. 

L-istess rapporti qalu li Gialanze Whiteford kien ġie akkużat ukoll minħabba li  naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-qorti s-sena l-oħra stess u s-sena ta’ qabel. Filwaqt li kien ċaħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, huwa ma kienx għamel it-talba għall-ħelsien mill-arrest. It-talba tad-difiża kienet ġiet milqugħa mill-qorti fejn kienet ukoll għamlet ir-rrakkomandazzjoni tagħha biex huwa jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Ekonomija

Sport