Sunday, December 29, 2024

Alexander Isak barra mit-tim nazzjonali Svediż

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-attakkant ta’ Newcastle United Alexander Isak mhux se jieħu sehem fil-logħbiet tat-tim nazzjonali Svediż kontra l-Moldova u l-Belġju minħabba li jinsab imweġġa’.

Isak kellu joħroġ mill-grawnd waqt il-logħba mill-kampjonat Premier Ingliż kontra West Ham United u wara sar magħruf li għandu uġigħ f’saqajh il-leminija.

Il-kowċ tal-Iżvezja Janne Anderson awgura lil Isak fejqan ta’ malajr għalkemm ma setax jaħbi d-diżappunt li ma jistax juża’ lil dan il-plejer għal dawn iż-żewġ konfronti internazzjonali.

Ekonomija

Sport