L-attakkant marbut ma’ Arsenal, Alexander Isak, huwa lest li jħalli lil Real Sociedad dan is-sajf jekk jonqsu milli jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni Ewropea għall-istaġun 2022-23.
L-internazzjonali Żvediż irnexxielu jiskorja biss ħames goals f’25 dehra fil-La Liga matul staġun diffiċli, iżda l-forma irregolari tiegħu mhux maħsub li skoraġġiet l-interess ta’ Arsenal.
B’Isak jissielet għall-goals, Sociedad ħarġu mill-kompetizzjoni għall-post fiċ-Champions League, u l-pożizzjoni attwali tagħhom fis-sitt post tkun biżżejjed biss għal post fl-Europa Conference League.
Huea mifhum li jekk Sociedad jonqsu milli jikkwalifikaw għal xi kompetizzjoni Ewropea, Isak se jkun qed iħalli l-club matul is-sajf.
Jidher li Adnan Januzaj, David Silva u Robin Le Normand jistgħu wkoll ikunu fi triqithom barra mill-club f’dak ix-xenarju, għalkemm Isak huwa maħsub li għandu klawsola ta’ £75 miljun fil-ftehim tiegħu ma’ Sociedad, li jiskadi fl-2026.
Newcastle United u Manchester United ġew ukoll akkreditati b’interess fil-player ta’ 22 sena, li skorja total ta’ 41 goal f’122 logħba għat-team immexxi minn Imanol Alguacil.