Thursday, October 17, 2024

Alexandre Lacazette mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Arsenal

Aqra wkoll

L-attakkant Franċiż Alexandre Lacazette mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Arsenal.

Il-player ta’ 30 sena skorja 66 goal u rreġistra 28 assist f’172 dehra għall-Gunners minn meta ngħaqad magħhom mingħand Lyon fl-2017.

Lacazette skorja goal wieġed biss kontra West Bromwich Albion fl-EFL Cup matul dan l-istaġun, iżda huwa lagħab biss 31 minuta fil-Premier League fl-istaġun 2021-22.

L-attakkant ma telaqx mill-Emirates Stadium matul is-sajf minkejja għadd ta’ spekulazzjonijiet, iżda l-kuntratt tiegħu mat-team ta’ Mikel Arteta għandu jiskadi f’Ġunju li ġej.

Lacazette mhux mistenni jiffirma ftehim ġdid ma’ Arsenal, li jfisser li jista’ jew jinbiegħ f’Jannar jew jitlaq bi free transfer fis-sajf li ġej.

Atletico Madrid jibqgħu jiġu akkreditati b’interess fil-Franċiż, li skorja 129 goal f’275 dehra għal Lyon qabel ma wasal fil-kapitali Ingliża.

Sport