Il-midfielder internazzjonali Arġentin ta’ Brighton, Alexis MacAllister, bħalissa qed jiġi segwit minn kullana ta’ clubs wara l-prestazzjonijiet brillanti tiegħu fit-Tazza tad-Dinja.
Iżda, f’Jannar li ġej, huwa jista’ jispiċċa ma’ Chelsea. Dan minħabba li bħalissa l-Pensioners għaddejin b’negozjati ma’ Benfica biex jiffirmaw lill-kompatrijott tiegħu, Enzo Fernandez. Imma filwaqt li l-club Portugiż qed jitlob €106 miljuni biex iċedi lil dan il-player, fl-istess waqt irid li dan il-player ta’ 21 sena jġedded il-kuntratt.
Għaldaqstant, MacAllister, li għandu 24 sena, jista’ jkun il-player alternattiv ta’ Chelsea.