Tuesday, September 17, 2024

Alexis Saelemaekers jista’ jdum barra mil-logħob wara li weġġa’ għal Roma

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Roma jinsabu xi ftit jew wisq inkwetati fuq il-kundizzjoni fiżika tal-winger Alexis Saelemaekers li weġġa’ fil-logħba li i Giallorossi kellhom kontra Genoa u li spiċċat fi draw ta’ 1-1.

Il-plejer Belġjan ħareġ mill-grawnd fil-50 minuta u deher mal-ewwel li weġġa’ sew. Hu mar direttament fil-klinika tal-klabb biex jagħmel it-testijiet mediċi u jidher li kiser il-pexxun. Fil-ħin li ġej, it-tobba joħorġu l-bullettin mediku tagħhom.

Saelemaekers għandu 25 sena u kien qed jilgħab l-ewwel logħba bil-flokk Giallorosso.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport