L-attakkant internazzjonali Ċilen Alexis Sanchez spiċċalu l-kuntratt tiegħu ma’ Olympique Marseille erbat ijiem ilu u bħalissa qed jiddeċiedi x’se tkun it-triq ‘il quddiem għalih.
L-istess tim minn Marsilja xorta jrid jinnegozja mal-plejer ta’ 34 sena fejn qed jipproponi li jagħtih kuntratt ta’ sentejn b’€20 miljun b’kollox.
Minkejja kollox, Sanchez qed jara din is-somma bħala ftit wisq u jista’ jiġi attirat li jmur fl-Arabja Sawdija fejn xi timijiet qed jevalwaw il-progress tiegħu.