L-attakkant ta’ Inter, Alexis Sanchez, tħarreġ waħdu fost rapporti li huwa lest li jħalli lill-club, matul dan is-sajf.
Ir-ritorn ta’ Romelu Lukaku flimkien mal-wasla potenzjali ta’ Paulo Dybala fissru li huwa jista’ ma jipix utilizzat b’mod regolari mill-coach tan-Nerazzurri Simone Inzaghi matul l-istaġun li ġej.
Il-pagi għoljin tal-attakkant miċ-Ċilì jistgħu jkunu ostaklu għal kwalunkwe offerta potenzjali iżda Sanchez wera li huwa fiżikament f’forma għal sfida ġdida fl-ogħla livell.