Friday, September 5, 2025

Alexis Sanchez ma’ Seville

Aqra wkoll

Alexis Sánchez reġa’ ħalla s-Serie A u jxeħet ħarstu lejn LaLiga fejn din id-darba ingħaqad mas-Seville. Il-klabb minn Andalucia ħabbar li l-attakkant Ċilen se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ sena. , F’komunikat uffiċjali, Seville spjegaw li ntlaħaq ftehim ma’ Udinese biex Sánchez jingħaqad magħhom għall-istaġun li ġej. Huma faħħruh bħala plejer ta’ karriera unika, li lagħab ma’ bosta klabbs fid-dinja u li se jżid esperjenza u li għandu l-istint ta’ gowl.

Il-kurrikulu tiegħu jinkludi kampjonat Spanjol, Coppa del Rey, żewġ FA Cups, żewġ Scudetti, żewġ Coppa Italia, Super Cup Ewropea, FIFA Club World Cup u żewġ Copa America mat-tim nazzjonali taċ-Ċili fejn lagħab 168 darba man-nazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport