Saturday, December 21, 2024

Alfred Sant jappella għal dibattitu demokratiku dwar l-assigurazzjoni tal-pandemija

Aqra wkoll

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta rapport dwar l-attività tagħha b’rabta mal-assigurazzjoni kontra l-pandemija u biex tiżgura dibattitu demokratiku xieraq dwar din il-kwistjoni kruċjali. Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-iżviluppi.

Alfred Sant qal li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet ħafna kumpaniji f’diffikultà finanzjarja, speċjalment intrapriżi żgħar u medji għalkemm l-intervent tal-gvern għen biex jittaffa ftit mill-impatt.

Twaqqaf grupp ta’ ħidma dwar l-assigurazzjoni kontra l-pandemija fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskuti l-għajnuna dwar poloz kummerċjali partikolarment għal intrapriżi żgħar u medji fil-kuntest ta’ tfixkil ta’ negozju mhux assigurat b’ riżultat tal-pandemija.

 “Madankollu, għad fadal ħafna xi jsir u ħtieġa ċara li nirkupraw waqt li ndaħħlu r-reżiljenza fl-ekonomija tagħna. Dan jippermettilna nkunu ppreparati aħjar għall-kriżi li jmiss ”, qal Alfred Sant.

Tabilħaqq, hemm nuqqas ta’ protezzjoni finanzjarja għal avvenimenti sistematiċi kbar u din il-pandemija hija biss manifestazzjoni waħda tal-varjetà ta’ riskji tas-sistema li jistgħu jfixklu l-ekonomija Ewropea.

Alfred Sant innota li sabiex titnaqqas id-differenza fil-protezzjoni finanzjarja għal riskji sistematiċi kbar, l-UE tista’ tiżgura r-reżiljenza tas-suq uniku billi tipprovdi xi forma ta’ garanzija mmirata biex ittaffi l-impatt possibbli ta’ riskji bħal dawn.

Ekonomija

Sport