Saturday, November 16, 2024

Alfred Sant jgħid li l-istrutturi tal-UE mhumiex qed iwasslu għal reazzjonijiet f’waqthom f’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi

Aqra wkoll

 L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant laqa’ b’sodisfazzjon l-ftehim dwar il-baġit tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru tal-Covid-19 iżda lmenta dwar il-fatt li l-istrutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE mhumiex qed iwasslu reazzjonijiet f’waqthom għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Matul dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew rigward il-ftehim milħuq mill-Istati Membri dwar il-baġit tal-UE għas-seba’ snin li ġejjin, Alfred Sant innota li l-programm ta’ investiment ta’ rkupru se jippermetti lill-istati membri jegħlbu r-riċessjoni tal-koronavirus waqt li proċedura dwar is-saltna tad-dritt ser tkun qed tipprevjeni l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE għal skopijiet li jikkontradixxu l-valuri fundamentali tal-UE.

Alfred Sant iddikjara li għalkemm il-konklużjoni tan-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali kienet żvilupp pożittiv, għadd ta’ realtajiet eżistenti għandhom jiġu enfasizzati wkoll.

Rigward il-programm ta’ rkupru, miri inizjalment stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew bħala riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-programm tal-UE s’issa ma ntlaħqux.

Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja li l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew ma jaqblux totalment bejniethom dwar kif ifittxu soluzzjonijiet għall-isfidi tal-Unjoni, bħal dawk dwar ir-riżorsi proprji.

“Il-Parlament Ewropew qed jagħti spinta lill-perċezzjoni li jrid iktar tassazzjoni fuq iċ-ċittadini – dan itejjeb il-pożizzjoni politika tiegħu? Sar ftit progress reali fit-tfassil ta’ proċessi ta’ evalwazzjoni dwar is-saltna tad-dritt mingħajr il-politiċizzazzjoni ”, qal Alfred Sant.

Barra minn hekk, aktar milli Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, għandna bżonn konferenza intergovernattiva biex l-ewwel nidentifikaw il-prijoritajiet li bihom niftħu l-iktar kwistjonijiet istituzzjonali importanti tal-UE.

Ekonomija

Sport