L-eks skorer prolifiku u llum il-ġurnata kowċ tat-tim nazzjonali Iranjan Ali Daei ġie arrestat u miżmum milli jkollu ċerti libertajiet u anke ttieħedlu l-passaport wara li semma’ leħnu waqt il-protesti li għaddejjin bħalissa fil-pajjiż. Wara l-mewt ta’ Masha Amini, kienu diversi dawk li marru fit-toroq u bdew numru ta’ dimostazzjonijiet b’Ali Daei ikun wieħed minnhom.
Il-pulizija tal-pajjiż minnufih arrestaw lil Daei li fil-passat skorja xejn anqas minn 109 gowls f’149 partita internazzjonali mal-Iran.