Monday, October 28, 2024

“Alla dejjem kien mal-Maltin”

- L-Arċisqof Charles Scicluna

Aqra wkoll

“Alla dejjem kien mal-Maltin”. Hekk stqarr l-Arċisqof Charles Scicluna waqt li kien qiegħed iqaddes fil-kappella ddedikata lit-Twelid tal-Verġni Marija fil-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu ġiet rinnovata wara proġett kbir ta’ konservazzjoni u restawr.

Saħaq li l-festa tal-Vitorja hija waħda importanti ħafna għal pajjiżna minħabba l-istorja tagħna. Qal li “mhux ta’ b’xejn din il-belt li qegħdin fiha tisejjaħ Belt Vittorjoża”.

Fakkar li kif il-Maltin fl-1565 kienu rebħu l-Assedju l-Kbir filwaqt li fl-1943 t-Taljani kienu ċedew u għalhekk Malta ma baqgħtx tiġi attakkata fit-Tieni Gwerra Dinjija. Jgħid li dawn seħħew bejn is-7 u t-8 ta’ Settembru u għalhekk il-poplu Malti dejjem għaqqad dawn iż-żewġ ġrajjiet mal-festa tat-twelid ta’ Marija Bambina.

Mons. Charles Sicluna qal jekk wara li fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-poplu Malti ġġieled kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, illum għadux jagħmel l-istess. Staqsa “Għadna niġġieldu kontra r-razziżmu jew sirna vittmi ta’ dak li ġġilidna kontrih fil-Gwerra?”

L-Arċisqof jgħid li l-ferħ tal-Maltin u l-Għawdxin f’din il-festa mhux biss minħabba l-Knisja tfakkar it-twelid tal-Madonna, iżda wkoll minħabba dak li seħħ fl-istorja ta’ pajjiżna. Kien hawn li qal li “Alla dejjem kien mal-Maltin.”

Qal li llum ukoll baqa’ ġlieda kbira għal poter f’pajjiżna u dan jagħmel ħsara kbira fis-soċjetà. Fakkar kif Malta qatt ma kienet mirbuħa u jkun tajjeb li f’dan il-jum mhux biss niftakru fil-vittmi ta’ dawk iż-żewġ ġrajjiet fl-istorja, iżda wkoll infakkru lin-nies li taw ħajjithom għal komunitajiet Maltin u Għawdxin.

Sport