Wednesday, May 14, 2025

Allegat użu ħażin ta’ fondi pubbliċi fil-Kunsill tal-Għargħur

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur qed jaffaċċja kriżi serja ta’ trasparenza u governanza u dan jikkonfermawh ukoll sorsi terzi li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur allegatament għandu ammont ta’ €23,500 f’dejn marbut ma’ attività sportiva li huwa mifhum qatt ma ġiet approvata mill-Kunsill f’seduta uffiċjali. L-attività kienet “Għargħur Fight Night Part II’.


F’laqgħa ta’ Frar 2024 biss, ġie komunikat li kellha ssir attività ta’ boxing fil-11 ta’ Mejju bl-ispejjeż koperti minn ‘sponsors’. Madanakollu, il-baġit tal-attività qatt ma ġie ppreżentat jew approvat waqt il-leġiżlatura li għaddiet.


Skont l-evidenza minn sorsi terzi, is-Segretarja tal-Kunsill Lokali preċedenti allegatament ikkonfermat l-attività u l-loġistika tal-attività permezz ta’ email mibgħut f’isem il-Kunsill Lokali mill-gmail account u mhux mill-account uffiċjali tal-Kunsill.


Fatturi relatati mal-attività ntbagħtu wkoll fuq dan il-‘gmail account’ tal-Kunsill u mhux fuq dak uffiċjali, u fl-aħħar ta’ April 2025 inbagħat MOU iffirmat mis-Sindku stess, li fih tapprova li għandha tħallas lura d-dejn b’pagamenti ta’ €400 fix-xahar wara xhur ta’ talbiet biex il-pagamenti li kien hemm pendent jsiru kif hemm evidenti fil-kopja tal-emails.


Dan iqajjem mistoqsijiet serji fuq allegat użu ħażin ta’ fondi pubbliċi, il-governanza tal-Kunsill u l-obbligu tal-amministrazzjoni li tkun trasparenti u responsabbli.


Fil-jiem li għaddew tħabbret ukoll li llum, l-Erbgħa 14 ta’ Mejju 2025 fil-5:30 p.m. il-Kunsill se jiltaqa’ b’urġenza sabiex jittieħed vot fuq mozzjoni ta’ nuqqas ta’ fiduċja fil-konfront tas-Sindku, Ms Helen Gauci.

Il-mozzjoni tipproponi li Ms Mariah Meli tkun is-Sindku l-ġdida, filwaqt li Ms Francesca Attard terġa’ tiġi kkonfermata bħala Viċi Sindku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport