Il-midja lokali qiegħda tirraporta li għall-ħabta tas-7.00pm saret serqa kbira ta’ madwar €200,000 f’deheb minn ħanut fil-Furjana.
L-ewwel informazzjoni tgħid li l-allegat ħallelin daħlu fil-ħanut b’wiċċhom mikxuf u ma kinux armati. S’issa jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-allegati ħallelin.

