Saturday, April 27, 2024

Allegatament kien hemm drabi fejn għamel mus ma’ għonq is-sieħba

Aqra wkoll

Miguel Gaffarena ta’ 33 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat fil-Qorti li kkaġuna biża’ fuq is-sieħba li kienet f’relazzjoni miegħu. Hu ġie akkużat ukoll li heddidha kemm-il darba.

Kienet is-sieħba li marret tagħmel rapport fl-Għassa tal-Pulizija dwar dak li kienet għaddejja minnu. Skont dak li ġie ppreżentat fil-Qorti ħafna drabi kien ikun vjolenti fil-konfront tagħha u anke kien hemm drabi li għamel mus ma’ għonqha.

Wara li sar ir-rapport fl-Għassa tal-Pulizija, inħareġ mandat tal-arrest iżda hu ma seta jinstab imkien tant li nħarġet stqarrija fejn il-pulizija talbu l-għajnuna tal-pubbliku. Iżda kien hu stess li mar minn jeddu fl-Għassa tal-Bormla fejn ġie arrestat.

Gaffarena wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Sport