Friday, January 9, 2026

Allegatament kien ilu żmien jiġi bullied mill-vittma

- Il-każ li seħħ fi skola f’Għawdex fejn student sofra ġrieħi f’għonqu

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ inħarġet l-aħbar li żewġ studenti fl-iskola sekondarja tar-Rabat ta’ Għawdex kienu spiċċaw f’argument, sorsi qrib il-każ qalu lil dan is-sit li l-allegat aggressur allegatament kien ilu żmien jiġi bullied mill-vittma.

Is-sorsi qalulna li allegatament il-vittma kien ilu żmien twil jagħmel bullying fuq l-allegat aggressur u kemm-il darba kien wissih biex ma jkomplix b’dan l-atteġġjament tiegħu.

Jirriżulta li l-vittma kellu ferita f’għonqu li saret permezz ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta. Jidher li hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u wara li ngħata l-kura ntbgħat id-dar.

Il-Pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ, filwaqt li d-dipartiment tal-edukazzjoni qiegħed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport