Monday, July 28, 2025

Allegatament kien imexxi “supermarket tad-drogi”

Aqra wkoll

Jitressaq il-Qorti mixli bit-traffikar tad-droga f’Paceville

Nehemiah Andrew Lee Perry ta’ 32 sena residenti Pembroke tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li kien jitraffika d-droga kokaina, kannabis u anke aughing gas. Il-Prosekuzzjoni ddeskriviet lir-raġel bħala wieħed li “jmexxi supermarket tad-drogi”.

Fil-Qorti ntqal li Lee Perry ġie arrestat fi stabbiliment tad-divertimenti f’Paċeville għall-ħabta tan-12.30am tas-Sibt li għadda.

Il-Pulizija kienu rċivew diversi rapporti li r-raġel kien qiegħed jibiegħ bżieżaq bil-laughing gas.

Meta l-Pulizija avviċinaw lil Perry, hu għaddilhom basket li fik kellu ċilindru mimli nitrous oxide. Hu rrifjuta li jgħaddi lill-pulizija basket żgħir ieħor li kien qiegħed iġorr kif ukoll irreżista l-arrest.

Fil-borża ż-żgħira l-pulizija sabu 20 pakkett b’sustanza suspettuża tal-kannabis, kif ukoll tmien pakketti b’sustanza tal-kokaina. Fl-istess borża kien hemm ċvievet ta’ karozza Mitsubishi

Meta imbagħad saret tfittxija fil-vettura tiegħu, il-Pulizija sabu diversi kontenituri li fihom kien hemm Nitrous oxide b’suspett li xtrhom minn supermarket f’Paceville.

Meta mistoqsi mid-difża dwar Nitrous oxide l-ispettur qal li f’Malta mhux illegali li jkollhom minnu.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest fejn ġie nnutat li l-imputat għandu indirizz fiss u anke m’għandu l-ebda rekord ta’ kriminalità.

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba li skont huma “dan kien imexxi supermarket tad-droga f’Paceville”.

Il-Maġistrat Monica Vella ċaħdet il-ħelsien mill-arrest fejn qalet li l-post fejn ġie arrestat l-imputat u anke allegatament bis-sustanzi li nstabu fuqu, dawn kollha nstabu f’post fejn ikun hemm ħafna żgħażagħ.

l-Avukati Franco Debono u Dr Adreana Zammit mexxew id-difiża filwaqt li l-Ispettur Jonathan Pace u l-Avukat Nadia Ciappara f’isem l-Avukat Ġenerali mexxew il-Prosekuzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport