Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt traġika ta’ tarbija ta’ sena li mietet fil-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei.
Jirriżulta li din seħħet illum meta għal xi raġuni, it-tifel li għandu madwar sena tħalla fil-karozza.
Allegatament l-omm taħdem l-isptar u t-tarbija għamlet bejn ħames u sitt sigħat fil-karozza.
Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat u l-pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.
Rapporti fil-midja lokali qegħdin jgħidu li l-ġenituri tat-tarbija li nstabet mejta huma Maltin u fix-xogħol tagħhom huma rispettati ħafna.
L-istess rapport qegħdin jgħidu li t-tarbija kellha tittieħed fiċ-childcare centre li jinsab qrib ħafna Mater Dei. Jidher li meta l-omm marret biex tiġbor lit-tarbija biex tiġborha miċ-childcare centre qalulha li mhux hemm.
Jidher li kien f’dan il-mument allegatament l-omm marret tiġri lejn il-karozza u sabet lit-tarbija mejta.
Jirriżulta li kienet l-omm stess li bdiet tagħti CPR lit-tarbija.
Intant, fi stqarrija l-Pulizija qalu li qiegħda tinvestiga l-mewt ta’ tarbija ta’ sena.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-2.00pm fl-Imsida.
Għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija flimkien ma’ inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D.