Monday, December 23, 2024

Allegatament mara ta’ 61 sena kebbset in-nirien fi klinika ġewwa l-Ġappun

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li mietu fin-nirien li ġew imkebbsa fi klinika psikjatrika ġewwa l-Ġappun issa tela’ għal 25. Allegatament dawn in-nirien ġew imqabbda apposta minn mara ta’ 61 sena. 

Filmati minn kameras tas-sigurtà meħudin ġewwa l-klini­ka juru mara ġġorr żewġ basktijiet mimlijin likwidu u tagħtihom in-nar. Uffiċjali tal-pulizija qalu li ġurnata qabel seħħ l-attakk, ħaddiema ta’ din il-klinika kienu sabu l-bibien tal-emer­ġenza magħluqin bit-tape min-naħa ta’ barra, u dan tneħħa.

Il-Pulizija jemmnu li l-mara ta’ 61 sena pprovat tissiġilla l-bibien biex n-nies ma jkunux jistgħu joħorġu mill-klinika hekk kif jibdew in-nirien. 

Ekonomija

Sport