Friday, November 14, 2025

ALLEGATAMENT OMM TOQTOL LIL BINHA TA’ 9 SNIN

Aqra wkoll

Kien nhar l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tas-7.00pm meta l-Carabinieri sabu lil Giovanni tifel ta’ 9 snin f’għadira demm fil-kamra tal-banju tad-dar ta’ ommu.

Il-każ seħħ f’Muggia qrib il-belt ta’ Trieste fl-Italja.

Missieru kellu jiġbru lura biex jirritorna lura d-dar miegħu, u hekk kif baqa’ ma ġiex lura sar rapport lill-Pulizija.

Is-suspetti kollha huma li Olena, omm Giovanni qatlitu… Hija tinsab f’idejn il-Pulizija li qegħdin jinvestigaw dan il-qtil makabru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport