Ritratti li waslu għand dan is-sit juru ħamiem li qegħdin jispiċċaw b’feriti kawża li xi ħadd qiegħed jispara lejhom b’air gun.
Persuni li tkellmu magħna qalulna li din il-ħaġa ilha għaddejja żmien mhux ħażin fil-Belt Valletta, iżda issa jidher li hemm żoni oħrajn madwar pajjiżna li qegħdin jagħmlu l-istess fuq il-ħamiem.
“Nafu li mhux biss il-Belt qegħdin jisparaw b’air gun fuq il-ħamiem, iżda issa anke lejn Ħ’Attard hemm xi persuni li bdew din il-prattika… ħija ħasra li dawn il-ħamiem qegħdin jitħallew imutu għal xejn,” qalet persuna li rat b’għajnejja ħamiem b’feriti li saru minn air gun.