Friday, May 3, 2024

Allokati €50,000 mill-Fond għall-Kawżi Soċjali biex aktar familji jsibu spalla f’Puttinu

Aqra wkoll

Il-Gvern alloka €50,000 mill-Fond għall-Kawżi Soċjali bl-għan li aktar familji jsibu spalla f’Puttin fil-mument tal-bżonn.

Filwaqt li qal dan fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Puttinu jgħix l-esperjenzi mal-familji u t-tfal, ikun hemm f’mumenti ta’ dlam biex joffri d-dawl, ikun hemm f’mumenti ta’ qtigħ il-qalb biex joffri t-tama.

Għalhekk, qal li ħassew il-ħtieġa li jallokaw din is-somma għal Puttinu.

Matul il-maratona tal-bieraħ, b’kollox inġabru €3,133,430 għal Puttinu Cares. Filwaqt li rringrazzjaw lil kulħadd, iddeskrivu l-ġurnata tal-bieraħ bħala waħda memorabbli ta’ vera. 

Sport