Sunday, November 24, 2024

Allokazzjoni ta’ €154 miljun għat-turiżmu fl-2023

Aqra wkoll

Għall-baġit tas-sena d-dieħla l-gvern alloka €154,273,000 biex is-settur tat-turiżmu jkompli jirkupra u jissaħħaħ għaż-żmien li ġej.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt żjara fuq xogħlijiet infrastrutturali marbutin mal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq li minkejja l-isfidi internazzjonali, il-gvern ser ikompli jinvesti biex il-prodott turistiku lokali jaġġorna ruħu maż-żminijiet tal-lum. Sostna wkoll kif l-investiment fil-prodott turistiku mhux kapriċċ imma huwa investiment ħaj u kontinwu f’dinja turistika li qegħda ssir iżjed kompetittività.

Il-Ministru Bartolo tenna li l-pjan ‘il quddiem għas-sena li ġejja ser tkun waħda bbażata fuq it-titjib fil-konnettività bl-ajru permezz ta’ żieda fir-rotot u l-frekwenzi li jirrispondu għad-domanda tas-settur, kif ukoll twessigħ tal-attività ta’ reklamar f’aktar swieq u segmenti bħat-turiżmu sportiv, kulturali u reliġjuż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Aaron Farrugia qal li Infrastructure Malta se tkompli tikkollabora ma’ numru ta’ entitajiet u awtoritajiet biex twassal proġetti infrastrutturali fil-ħin, b’mod professjonali u li jpoġġu lin-nies fiċ-ċentru tagħhom.

Sport