Il-bord ta’ Manchester United qed jikkunsidra li jiffirma lill-attakkant Spanjol, Alvaro Morata, fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar. Il-club Ingliż irid jilħaq ftehim ma’ Atletico Madrid mingħajr ma jinvesti ħafna flus.
Ir-Red Devils qed ifittxu attakkant biex jieħu post Cristiano Ronaldo u għaldaqstant xeħtu għajnejhom fuq diversi players.
Morata huwa meqjus bħala l-kandidat denju biex post il-player ta’ 37 sena li kellu l-kuntratt tiegħu tterminat. Iżda huma jridu lill-istess Morata b’self peress li ma jridux jagħmlu investiment finanzjarju kbir wara li ffirmaw lil Antony, Lisandro Martinez u Casemiro. Madankollu, Atletico Madrid jridu jbigħu lill-player biex idaħħlu somma kbira u bejgħ ta’ self mhuwiex fil-pjani tal-Ispanjoli.
Peró, il-futur ta’ Morata ma’ Aletico huwa wieħed inċert.