Il-prijorita’ għal AC Milan hu l-attakkant internazzjonali Spanjol Alvaro Morata. Dan il-plejer bħalissa jinsab konċentrat fuq il-finali tal-lejla ta’ EURO 2024 kontra l-Ingilterra. Ġaladarba tgħaddi din il-fażi, l-aġent tiegħu se jkun qed ikellmu personalment u jippreżentalu l-offerta Milanista.
Jekk i Rossoneri ma jaslux għalih hemm ukoll pjan B fejn qed isegwu l-progress ta’ żewġ attakkanti oħra Tammy Abraham u Niklas Fullkrug.
Milan għadhom qed ifittxu attakkant wara li Olivier Giroud mar jilgħab fl-MLS Amerikana.