Saturday, September 14, 2024

Alvaro Recoba bl-ewwel esperjenza ta’ kowċ

Aqra wkoll

L-eks midfielder offensiv Urugwajan Alvaro Recoba se jkollu l-ewwel esperjenza tiegħu bħala kowċ hekk kif se jkun qed imexxi lil Club Nacional de Montevideo. Dan tħabbar mid-diriġenza tal-klabb li sostniet li l-eks plejer ta’ Inter, Danubo, Venezia, Nacional u Torino hu l-bniedem ideali sabiex imexxi lit-tim.

Sal-istaġun li għadda, Recoba kien qed jokkupa r-rwol ta’ assistent kowċ iżda dan l-aħħar beda jimpressjona lill-ogħla awtoritajiet tal-klabb bil-kariżma li għandu mal-plejers.

Ekonomija

Sport