Il-winger tal-Ivory Coast, Amad Diallo, ġie nnominat bħala l-aqwa żagħżugħ tal-kampjonat Championship Ingliż.
Diallo, li twieled fis-sena 2003 u li hu proprjeta’ ta’ Manchester United, kien ferm konsistenti fil-logħob tiegħu ma’ Sunderland City, it-tim li bħalissa jinsab misluf magħhom. Fil-fatt hu lagħab 32 partita u skorja 11-il gowl staġjonali.
Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Atalanta fl-Italja filwaqt li lagħab erba’ darbiet mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.