Il-midfielder ta’ RB Leipzig, Amadou Haidara, m’għandu l-ebda intenzjoni li jħalli lill-club dan ix-xahar fost rabtiet ma’ ċaqliq ma’ Manchester United.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena – li bħalissa jinsab impenjat fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika mal-iskwadra tal-Mali ġie identifikat bħala l-mira ewlenija mill-manager temporanju Ralf Rangnick.
L-ispekulazzjonijiet dwar ċaqliq possibbli f’Old Trafford f’Jannar naqsu fl-aħħar ġimgħat, madankollu, b’Manchester United ukoll imesemmija li qed iħarsu lejn Jude Bellingham, Declan Rice u Denis Zakaria bħala żidiet f’nofs il-ground.
Trasferiment fix-xitwa għal Haidara issa jidher dubjuż, hekk kif l-ex player tar-Red Bull Salzburg irid ikompli l-istaġun ma’ Leipzig.
Haidara, marbut ukoll ma’ Newcastle United, se jikkunsidra l-pass li jmiss fil-tiegħu fis-sajf, meta se tiġi attivata l-klawsola tiegħu ta’ release ta’ £33m.
Haidara irreġistra tliet goals fi 18-il dehra għal RB Leipzig fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u huwa kkuntrattat mal-club tal-Bundesliga sal-2025.