Il-Bord tal-Protesti tal-Malta FA laqa’ protest imressaq minn Ta’ Xbiex b’rabta mal-partita tagħhom tal-Izibet Amateur League, Grupp B, kontra Vittoriosa Stars, li saret fit-18 ta’ Settembru, fil-Victor Tedesco Stadium.
Il-partita oriġinarjament spiċċat b’rebħa ta’ 5-1 għal Vittoriosa Stars. Madankollu, ir-riżultat tal-logħba kien sussegwentement ikkontestat minn Ta’ Xbiex.
Il-protest kienet ibbażat fuq il-fatt li Vittoriosa Stars qabżu n-numru ta’ players reġistrati mhux homegrown.
Wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti, Ta’ Xbiex ingħataw it-tliet punti għall-fixture inkwistjoni.
B’konsegwenza ta’ dan, Ta’ Xbiex ingħataw rebħa ta’ 3-0. Dan ifisser li l-iskorers jaqgħu filwaqt li d-dixxiplina, jiġifieri l-karti sofor, tibqa’ fis-seħħ.