Friday, November 22, 2024

Amazon twiegħed appoġġ finanzjarju lit-18,000 ħaddiem li se jitkeċċew mill-kumpanija

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Andy Jassy, f’messaġġ indirizzat lill-impjegati kollha tal-kumpanija Amazon, sostna li l-kumpanija se timpenja ruħha biex tgħin lil dawk li se jitilfu l-impjieg tagħhom billi ser toffrilhom għajnuna finanzjarja li inkludi ħlas separat u benefiċċji tal-assigurazzjoni tas-saħħa tranżizzjonali, u appoġġ għal impjieg alternattiv.

Dan wara li iktar kmieni llum, il-kumpanija Amazon ħabbret li ser tkun qiegħda tittermina l-impjieg ta’ aktar minn 18,000 ħaddiem bil-għan li jittaffew l-ispejjeż tal-kumpanija. It-terminazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema hija l-ikbar ammont fl-istorja tal-kumpanija Amazon.

Amazon preżentament għandha madwar 1.5 miljun impjegat. Il-kumpanija għadha ma speċifikatx liema pajjiż se jkun affettwat b’din id-deċiżjoni, ħlief li ser tkun qiegħda tinkludi lill-Ewropa.

Jassy qal li matul is-snin, Amazon tat diversi opportunitajiet ta’ xogħol lill-ħaddiema tagħha. Però, bħalissa l-ekonomija tinsab fi stadju ta’ inċertezza, u għalhekk Amazon inħass il-bżonn li tieħu din id-deċiżjoni iebsa. Jassy spjega li l-proċess biex jingħażlu l-ħaddiema li se jingħataw is-sensja huwa wieħed pjuttost diffiċli.

Sport