L-Ambaxxatriċi l-ġdida tal-Irlanda għal Malta Caroline S. Whelan ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ San Anton.
Waqt l-iskambji sar riferiment għaż-Żjara Statali f’Malta mill-President Higgins f’Mejju tal-2022, li ser tiġi segwita minn żjara reċiproka mill-President Vella fix-xhur li ġejjin.
Iż-żewġ partijiet iddiskutew il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, l-importanza tal-istabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran, u soluzzjoni dejjiema għall-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq.
Iż-żewġ naħat laqgħu l-kooperazzjoni eċċellenti bejn il-missjonijiet permanenti ta’ Malta u l-Irlanda għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fid-dawl tal-fatt li Malta ġiet eletta bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.