Sunday, May 11, 2025

Ambaxxatur Ukren jgħid li Putin jista’ jkollu l-volontà li juża l-armi nukleari

Aqra wkoll

L-ambaxxatur Ukren għall-Ġap­pun, Sergiy Korsunsky, qal li hemm possibbiltà li l-President Russu Vladimir Putin għandu l-volontà li juża l-armi nukleari kontra l-Ukrajna u dan hekk kif s’issa qiegħed ifalli fit-tragwardi tiegħu fl-invażjoni ta’ dan il-pajjiż.

Meta kien qiegħed jiġi intervistat mill-aġenzija tal-aħ­barijiet Reuters, Korsunsky qal li, “aħna se niġġieldu sat-tmiem, aħna mhux se ngħixu fi stat immexxi mir-Russ­ja.” L-ambaxxatur żied jgħid li ma hemm l-ebda ċans li Putin jheddidhom sal-punt li l-Ukreni jaqblu li jneħħu l-gvern tagħhom u jaċċettaw lir-Russja bħala l-mexxejja tagħhom, u għalhekk skontu ma jeskludix li r-Russja tuża l-armi nukleari kontrihom biex tasal għall-għan aħħari tagħha.  Ix-xahar li għadda, Putin kien ordna biex il-forzi ta’ deterrenti Russi – fosthom anke l-armi nukleari – ikunu fuq allert massimu u dan minħabba li skontu qed isiru diversi stqarrijiet aggressivi min-na­ħa tan-NATO u minħabba s-sanzjonijiet ħorox fuq Moska. 

Min-naħa tiegħu Putin qatt ma hedded direttament bl-użu ta’ armi nukleari, iżda meta x-xahar li għadda ħabbar l-operazzjoni f’Ukrajna hu kien wissa li kull min se jipprova jxekkel lir-Russja se jiffaċċja konsegwenzi kbar li qatt fl-istorja ma raw bħalhom. Possibbilment hawnhekk kien qiegħed jirreferi għall-armi nukleari. 

Sport