Friday, November 22, 2024

Ambulanza ssib diffikultà biex tintervjeni fi Triq f’Tas-Sliema … appell biex tittieħed azzjoni qabel ikun tard wisq

Aqra wkoll

“Meta se tittieħed azzjoni meta jkun tard wisq?” Din kienet il-karba ta’ waħda mir-residenti ta’ Strada San Trophimus f’Tas-Sliema li aktar kmieni dalgħodu affaċċjat sitwazzjoni xejn pjaċevoli.

Ambulanza kellha tintervjeni fl-imsemmija Triq u minħabba li l-imsemmija triq hija pjuttost dejqa, l-ambulanza kellha tieħu xi ħin sabiex setgħet tgħaddi “bi żbrixx minn bejn karozzi parrkjati u bollards li hemm fuq in-naħa opposta tat-triq.

Din il-persuna lmentat li llum forsi ma kinitx sitwazzjoni ta’ bejn ħajja u mewt, jaf darba oħra jkun tard wisq u sitwazzjoni bħal din jaf tħalli vittma bla bżonn.

Sport