Friday, September 12, 2025

Amerikan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn xi għoli f’San Ġiljan 

Aqra wkoll

Illum, għal xi 1:00 a.m.,  il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza ġewwa stabbiliment fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Amerikan ta’ 40 sena, għal xi raġuni kien waqa’ madwar sular għoli ġewwa stabbiliment. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u ambulanza ħadet il-vittma l-isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport