Friday, November 15, 2024

Ammetta li kkawża ħsarat meta kien xurban fi Pjazza Tritoni

Aqra wkoll

Stephen Aquilina, ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar ingħata l-ħelsien mill-arrestu fuq diversi kundizjonijiet wara li kien akkużat li fil-15 ta’ Ġunju wettaq ħsarat fuq waħda mill-gabbani li hemm fi Pjazza Tritoni.

Hu kien akkużat ukoll li kien xurban.

Skont dak li ġie ppreżentat fil-Qorti r-raġel wettaq ħsara ta’ aktar minn 2,400 ewro. Waqt dak li wettaq l-istess akkużat li fil-qorti ammetta għal akkużi sofra ġrieħi ħfief.

Huwa ġie arrestat fi ftit minuti, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ikkopera mal-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat għandu l-vizzju tax-xrob. Hu qal li se jkun qiegħed iħallas għall-ħsarat li wettaq.

Ekonomija

Sport