Friday, November 15, 2024

Ammetta li seraq cash register vojta minn ħanut f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Darren Brincat ta’ 43 sena minn Ħal Qormi, dalgħodu ammetta fil-Qorti li nhar il-Ħadd li għadda seraq cash register vojta minn ħanut f’Ħal Qormi stess. Hu kien akkużat ukoll li seraq fwejjaħ minn spiżerija mill-istess lokalità.

Minn filmati ta’ CCTV li Brincat kien liebes parrokka u jidher ukoll jidħol fil-ħanut u jaħtaf cash register, il-flus kollha kienu għadhom kemm tneħħew minn impjegata.

Brincat li ħareġ mill-ħabs xahrejn ilu, ammetta li wettaq iż-żewġ serqiet u li anke miskier sentenzi tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Stephen Gulia, Lydon Zammit u James Mallia spjegat li l-akkużat kien għamel sforz biex jiffiroma ruħu, iżda kien reġa’ waqa’ fil-vizzju tad-droga. Iżda ġie nnutat li kien ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija.

L-avukati tal-akkużat ma għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest fejn il-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat sakemm aktar tard dan ix-xhar jingħata s-sentenza.

Ekonomija

Sport