Monday, May 13, 2024

Ammettiet li ħaqret l-annimali tagħha u ġiet ikkundannata 175 siegħa xogħol fil-komunità

Aqra wkoll

Mara ta’ 45 sena ġiet ordnata tagħmel 175 siegħa xogħol fil-komunità wara li tressqet il-Qorti fejn kienet akkużata li ħaqret annimali fl-Imqabba.

Alison Tabone Mirasole kienet akkużata li lura għal Ottubru tas-sena l-oħra naqset milli tieħu ħsieb b’mod sew l-annimali tagħha u li kawża t’hekk huma sofrew tbatija u uġiegħ.

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech hija ammettiet għall-akkużi miġjubin kontriha għalkemm ma ngħataw ebda dettalji dwar il-każ.

Il-Maġistrat Frendo Dimech iddikajrat fis-sentenza li hija ma setgħetx tordnalha ma żżommx annimali d-dar għax ir-reati li wettqet seħħew qabel it-tibdil fil-liġi f’Jannar ta’ din is-sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Elliott Magro

1 kumment

Comments are closed.

Sport