Friday, December 27, 2024

Amnesty titlob investigazzjoni kriminali kontra dawk li ssejħu ‘pushbacks’ minn Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn Victor Vella

Rapport dettaljat li nħareġ fl-aħħar sigħat minn Amnesty International  qiegħed jitlob li ssir investigazzjoni kriminali dwar kif Malta trattat immigranti.  Elisa de Pieri, Uffiċjal ta’ Amnesty International  qalet li hemm nuqqas kbir ta’ kontabilità u rreferiet b’mod speċifiku għal każ ta’ salvataġġ li kien hemm fl-Għid il-Kbir u li fih 51 persuna fosthom seba’ nisa u tlett itfal kienu intbagħtu lura lejn il-Libja fuq dgħajsa tas-sajd.  Hi tgħid li imbagħad kien hemm ħames persuni li instabu mejtin. Amnesty tgħid li minkejja li sart investigazzjoni f’Malta din naqset milli tagħti riżultati.

De Pieri tgħid li “għalina il-problema li hemm bżonn tkun indirizzata hi dik tal-kredibilità. Hemm bżonn investigazzjoni li tkun indipendenti u imparzjali. Investigazzjoni kriminali”.

Tisħaq li “din l-investigazzjoni trid issir u din hemm bżonn li ssir mhux għall-pushbacks biss, imma anke għad-detenzjoni ta’ xejn inqas minn 45 immigrant li aħna rajna f’Mejju u Ġunju”. 

Amnesty International qed tisħaq li “il-prattiċi mhux legali’ li qed tuża Malta  huma riżultat ta’ politika li ttieħdet fil-livell Ewropew u li din qed tippriotizza it-tnaqqis ta’ wasliet ta’ immigranti.

Ir-rapport intitolat ‘Waves of impunity: Malta’s human rights violations Europe’s responsibilities in the Central Mediterranean”, jiddkjara li l-gvern Malta wettaq miżuri illegali u perikolużi fejn jidħol il-mod kif tratta ma’ immigranti fuq il-baħar.  Amnesty tgħid li waqt li qed tniedi dan ir-rapport hemm 27 immigrant abbord tanker ta’ Maersk li ilhom bejn sema u ilma għal ġimgħat sħaħ. 

Ir-rapport ta’ Amensty jgħid li “fis-sena 2020 Malta bidlet il-mod kif titratta ma’ salvataġġi ta’ immigranti. It-tattiċi l-ġodda jinkludu push backs lejn il-Libja, dgħajjes jintbagħtu lejn l-Italja flok ikunu salvati, immigranti jinżammu illegalment fuq dgħajjes ‘lbarra minn Malta u ffirmar ta’ ftehim ġdid mal-Libja biex iżomm milli immigranti jidħlu f’Malta.”

De Pieri saħqet li “l-Istati Ewropej għandhom jieqfu milli jassistu fir-ritorn ta’ persuni lejn il-Libja, post li fih dak imbagħad jgħaddi minn ħafna sofferenzi”. 

Amnesty International qalet li xi azzjonijiet minn Malta jista’ jkun li jinvolvu atti kriminali u li dawn setgħu rriżultaw fi mwiet, detenzjoni arbitrarja twila u ritorn illegali lejn il-Libja.  Amnesty tisħaq li l-awtoritajiet użaw il-Covid-19 biex jiddikjaraw li Malta mhix post sigur biex jidħlu l-immigranti u dan sar biex jiskoraġixxu persuni milli jfittxu ħajja ġdida fl-Ewropa.

Amnesty Internationa issemmi l-każ li seħħ fil-15 ta’ April. Tgħid li grupp ta’ 51 persuna fosthom seba’ nisa u tlett itfal kienu rritornati lejn Tripli u dan wara li kienu salvati fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija mid-dgħajsa tas-sajd Dar Al Salam 1. Jisħqu lid-dgħajsa tqabbdet mill-awtoritajiet Maltin biex tieħu l-immigranti lura lejn il-Libja kif fil-fatt ġara. Ir-rapport jgħid li mal-wasla instab li kien hemm ħames immigranti mejtin. Ir-rapport jgħid li dawk abbord qalu li kien hemm seba’ oħra li ntilfu fil-baħar.  Amnesty International tgħid li fi stqarrija uffiċjali l-Gvern Malti qal li kkordina l-operazzjoni.

Amnesty tgħid li ddokumentat ukoll abbużi fil-fruntieri mal-Kroazjau l-Bosnija u anke fil-fruntieri bejn l-Greċja u t-Turkija. Tisħaq li l-Kummissjoni Ewropea għandha tara li jkun tniedi malajr kemm jista’ jkun patt ġdid fuq l-immigrazzjoni waqt li tiżgura li fuq il-fruntieri ma jinkisrux id-drittijiet tal-immigranti. 

Ekonomija

Sport