Saturday, September 21, 2024

Ancelotti jfaħħar lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti faħħar il-kwalitajiet tekniċi tal-plejer il-ġdid tagħhom Jude Bellingham. L-eks plejer ta’ Borussia Dortmund lagħab fil-partita ta’ ħbiberija li kellhom kontra AC Milan u li rebħu 3-2 wara li kienu 2-0 minn taħt. 

Ancelotti qal li kien akkwist siewi ħafna speċjalment mal-linja offensiva fejn Bellingham tant iħobb joqgħod. Hu jemmen li se jkun plejer li se jadatta mal-ewwel mal-metodu tattiku tiegħu.

Finalment il-kowċ Taljan qal li l-plejer Ingliż għadu żgħir u se jkollu futur mill-isbaħ quddiemu.

Sport