Thursday, October 17, 2024

Ancelotti jrid it-tiġdid fil-kuntratt ta’ Ferland Mendy

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, kellem lid-diriġenti tiegħu sabiex iġeddu l-kuntratt tal-winger Franċi, Ferland Mendy. Dan tal-aħħar għandu 29 sena bil-kowċ Taljan iqisu bħala plejer importanti fil-formazzjoni tiegħu. Il-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju 2025 iżda l-għan hu li jkun hemm tiġdid ta’ sentejn oħra. 

Min-naħa tagħhom, id-diriġenti Spanjoli huma fiduċjużi li jikkonvinċu lill-plejer jiffirma kuntratt ieħor. Hu ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2019 fejn deher 114-il darba u skorja erba’ gowls.

Sport