Sunday, December 22, 2024

Andre Callus jikkjarifika dwar rapporti ta’ kunflitt waqt il-protesta ta’ dalgħodu

Aqra wkoll

L-attivist tal-Moviment Graffitti Andre Callus kiteb jiċċara dwar punt importanti mill-protesta ta’ dalgħodu. Callus ċaħad dak li rrappurtaw xi gazzetti li waqt il-protesta f’Kemmuna l-moviment ġie f’kunflitt ma’ “beachgoers”.

Callus qal li fl-aħħar sigħat qabel il-protesta kien infurmat minn sorsi differenti li l-operaturi tad-deckchairs għal-lum kienu qed jippjanaw li jfixklu l-protesta billi jieħdu n-nies tagħhom minn kmieni filgħodu u jokkupaw l-ispazju billi joqogħdu fuq dawn id-deckchairs. 

Qal li mill-ewwel ċempel lill-pulizija u qalilhom li din hija protesta uffiċjali u li kien fl-obbligu tagħhom li jiżguraw li l-bajja tibqa’ ħielsa ħalli tkun tista’ ssir il-protesta bil-kwiet. l-pulizija qablu u taw kelmthom li ma kinux se jħallu deckhairs jintramaw qabel u tul il-protesta.

Madanakollu dalgħodu kif waslu sabnu numru ta’ deckchairs armati, u dawk li Callus irrefera għalihom bħala nies sħab tad-deckchairs jistennewhom. 

“Għal ewwel m’għidna xejn, iżda waqt li bdejna d-diskorsi komplew iżidu apposta deckchairs u umbrelel u jikkapparraw iktar spazju. Kien f’dan il-punt li beda l-kunflitt. U l-kunflitt ma kienx ma’ “beachgoers” imma ma’ nies li ġabu l-operaturi tad-deckchairs apposta bies jissabutaġġaw il-protesta… Il-ġlieda tkompli’, saħaq Callus.

Ekonomija

Sport