Saturday, September 7, 2024

Andre Onana ma jridx jilgħab mal-Kamerun fit-Tazza Afrikana

Aqra wkoll

Il-gowlkiper ta’ Manchester United Andre Onana mhux intenzjonat li jilgħab mat-tim nazzjonali tal-Kamerun f’Jannar li ġej waqt l-edizzjoni tat-Tazza Afrikana.

Onana kellu xi jgħid mal-kowċ Rigobert Song waqt it-tazza tad-dinja fil-Qatar u għalkemm aċċetta li jilgħab għal xi partiti, xorta baqa’ jżommha fil-komma.

Sadanittant, Onana nstema’ jgħid li f’Jannar li ġej jixtieq jikkonċentra fuq Manchester United filwaqt li ma jixtieqx jitlef xahar logħob.

Onana ftit beda tajjeb mar-Red Devils wara sensiela ta’ żbalji li wettaq.

Ekonomija

Sport