Thursday, July 10, 2025

André Schembri Assistant Coach ta’ Nea Salamis fit-Tieni Diviżjoni Ċiprijotta

Aqra wkoll

L-eks attakkant internazzjonali Malti Andre Schembri nħatar bħala assistant coach ta’ Nea Salamis, ħabbar il-klabb Ċiprijott nhar l-Erbgħa.

Nea Salamis se jimmilitaw fit-Tieni Diviżjoni Ċiprijotta fl-istaġun 2025/2026 wara li ġew relegat mill-ogħla diviżjoni fl-istaġun preċedenti.

L-istaġun li għadda, Schembri ħa t-tmexxija ta’ Annagenisi Derynia, fit-Tieni Diviżjoni ta’ Ċipru, qabel ma rriżenja f’Ottubru wara sensiela ta’ riżultati negattivi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport