Wara l-ewwel erba’ xhur ta’ diżappunt totali ma’ Como, l-attakkant internazzjonali Taljan Andrea Belotti se jkun qed jitlaq mill-Italja u jkompli l-karriera tiegħu fil-Portugall ma’ Benfica. Hu se jingħaqad ma’ dan il-klabb fuq bażi ta’ self wara li l-kowċ tat-tim Portugiż Bruno Lage xtaqu miegħu.
Bejn is-serie A u l-Coppa Italia, Belotti libes il-flokk tal-Lariani 19-il darba fejn skorja biss żewġ gowls.