L-attakkant marbut ma’ Arsenal, Andrea Belotti, mhuwiex qrib li jiffirma kuntratt ġdid f’Turin.
Il-player internazzjonali tal-Italja ilu jilgħab ma’ Torino għal dawn l-aħħar sitt snin wara li fl-2015 ingħaqad mal-Granata mingħand Palermo, u skorja 106 gowls f’231 dehra għall-club fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, il-ftehim ta’ Belotti ma’ Torino għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun attwali, u, ‘kollox hu sieket’ fir-rigward ta’ tiġdid.
Arsenal mistennija jagħmlu offerta għal Belotti matul is-sajf, u l-Gunners jistgħu jkunu fis-suq għal attakkant ġdid fl-2022, b’Alexandre Lacazette jidher li x’aktarx se jkun qed iħalli l-club bi free transfer.
Inter u AC Milan it-tnejn se jittamaw li jżommu lil Belotti fis-Serie A, madankollu, filwaqt li Atletico Madrid ġew ukoll ikkreditati b’interess.
Belotti sab ix-xibka fl-ewwel ġurnata tal-istaġun tas-Serie A 2021-22 kontra Atalanta, iżda minn dakinhar tilef ħames logħbiet b’injury u mhux se jilgħab l- fis-semi-finali tal-UEFA Nations League kontra Spanja nhar l-Erbgħa.