Monday, October 14, 2024

Andrea Cambiaso minflok Juan Cuadrado 

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-winger ta’ Juventus Juan Cuadrado mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ La Vecchia Signora u għalhekk se jħalli lill-klabb wara tmien snin ta’ servizz. 

Sadanittant il-kowċ Massimiliano Allegri mistenni jsejjaħ lura lil Andrea Cambiaso, plejer li hu reġistrat ma’ Juventus u li bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Bologna.  

Cambiaso mistenni jieħu post Cuadrado bil-plejer li mistenni jkun parti mill-pjanijiet tal-kowċ Allegri. Hu għad għandu biss 23 sena u għandu kuntratt ta’ ħames snin magħhom.  

Sport