Friday, June 27, 2025

Andrea Cassar jirritorna ma’ Tarxien Rainbows

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows FC ħabbru l-akkwist tal-goalkeeper Andrea Cassar, li se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu ma’ Tarxien Rainbows.

Andrea mhuwiex wiċċ ġdid għall-klabb ta’ Tarxien — wara li diġà qatta’ erba’ staġuni magħhom fil-passat. L-aħħar esperjenza tiegħu kienet ma’ Sirens FC, u issa reġa’ lura biex jiddefendi l-lasti tar-Rainbows għal darb’oħra.

Fi stqarrija, Tarxien Rainbows FC, qalu li b’esperjenza vasta fil-Malta Premier, Andrea mhux biss iġib miegħu l-ħiliet tiegħu bħala goalkeeper iżda wkoll l-etika tax-xogħol qawwija tiegħu, il-lealtà soda tiegħu, u l-enerġija pożittiva li hu magħruf għaliha fid-dressing room.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport