Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-16-il sena Andrea Vella sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer qabel id-Development Tournament li se jsir f’Malta bejn it-13 u t-18 ta’ April.
Malta se tiffaċċja lill-Estonja (13 ta’ April fit-3.00pm), lill-Armenja (15 ta’ April fit-3.00pm) u lill-Islanda (18 ta’ April fit-3.00pm) waqt dan it-tournament. Il-logħob ta’ Malta se jintlagħab fit-Tony Bezzina Stadium f’Kordin, ħlief il-logħba kontra l-Armenja li se tintlagħab fil-Malta FA Training Grounds f’Ta’ Qali.
L-iskwadra hija magħmula minn dawn il-plejers:
Goalkeepers: James Sissons (Melita), Miguel Camilleri (Birkirkara)
Difensuri: Shelom Magri (Birkirkara), Karl Grima (Melita), Nathan Joyce (Floriana), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs), Eslam El-Nasar (Valletta), Lydon Seychell (Valletta), Adam Vella (Luxol St Andrews), Jayden Vella (Pietà Hotspurs)
Midfielders: Jerome Baldacchino (Valletta), Thomas Melillo (Pietà Hotspurs), Luke Bugeja (Birkirkara), Jake Borg (Pietà Hotspurs), Emerson Piscopo (Floriana)
Attakkanti: Hijazi Ubada (Sliema Wanderers), Keyon Ewurun (Valletta), Nathan Zerafa (Floriana), Denzil Muscat (Pietà Hotspurs), Claude Mercieca (Valletta)